27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/17
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2013 — Herdade de S. Tiago II vs UASI — Polo/Lauren (V)
(Kawża T-90/13)
2013/C 123/29
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Herdade de S. Tiago II-Sociedade Agrícola, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company, LP (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 1436/2010-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrapreżenta plejer tal-polo riekeb fuq żiemel u l-element verbali “V” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25, 28, 41 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 5 791 835
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, reġistrazzjoni ta’ trade mark fir-Renju Unit u reġistrazzjoni ta’ trade mark fil-Benelux tat-trade mark figurattiva li tirrapreżenta plejer tal-polo għal prodotti fil-klassijiet 9, 18, 20, 21, 24, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy