4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/23
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2013 — Othman vs Il-Kunsill
(Kawża T-109/13)
2013/C 129/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-kawża tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tanulla d-Deċiżjoni 2012/739/PESK tad-29 ta’ Novembru 2012 kif ukoll ir-Regolament Nru 1117/2012 (UE) tad-29 ta’ Novembru 2012 u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn jirrigwardaw ir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 290, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy