27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/19
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2013 — Cadbury Holdings vs UASI — Société des produits Nestlé (Forma ta’ ċikkulata sħiħa b’erba’ biċċiet)
(Kawża T-112/13)
2013/C 123/32
Lingwa tar-rikors: l-Ingliz
Partijiet
Rikorrenti: Cadbury Holdings Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Mitcheson, Barrister, P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 513/2011-2 tal-25 ta’ Mejju 2012, għajr sa fejn il-Bord tal-Appell stabbilixxa li t-trade mark ma hijiex ta’ karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b); u
—
tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tar-rikors u tordna l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ ċikkulata sħiħa b’erba biċċiet għal prodotti fil-klassi 30 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 632 529
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-raġunijiet għat-talba ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d) u (e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d) u (e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy