27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/20
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2013 — Laboratoires Polive vs UASI — Arbora & Ausonia (dodie)
(Kawża T-123/13)
2013/C 123/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell fit-28 ta’ Novembru 2012;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “dodie”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 16, 18, 21, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 037 821
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Spanjoli u Portugiżi bis-sinjal verbali “DODOT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 10, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata, oppożizzjoni milqugħa, u applikazzjoni għat-trade mark miċħuda fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 10, 11, 16, 18, 21, 25 u 28
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy