18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/23
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 — Lardini vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ fjura)
(Kawża T-131/13)
2013/C 141/41
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ R 2578/2011-1; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell R 2578/2011-1.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fi fjura għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy