4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/27
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2013 — Saferoad RRS vs UASI (MEGARAIL)
(Kawża T-137/13)
2013/C 129/52
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saferoad RRS GmbH (Weroth, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2536/2011-4 kif ukoll id-deċiżjoni tal-eżaminatur tat-23 ta’ Novembru 2011, sa fejn ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ġiet irrifjutata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MEGARAIL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19 u 37
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy