27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/25
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2013 — Zhejiang Yuhui Solar Energy Source vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-147/13)
2013/C 123/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Yuhui Solar Energy Source Co. Ltd (Jiashan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea kkomunikata b’ittra tat-3 ta’ Jannar 2013, Nru H4/JN/Ref.t13.000011, li tinforma r-rikorrenti li hija ma hijiex ser teżamina t-talba tar-rikorrenti li jiġi rrikonoxxut lilha l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, ippreżentata skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, fil-kuntest tal-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, miftuħa fis-6 ta’ Settembru 2012 (AD 590);
—
tiddikjara l-inapplikabbiltà għal dak li jikkonċerna r-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, skont l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, p. 1);
—
u konsegwentement, tordna lill-Kummissjoni u l-eventwali partijiet intervenjenti sabiex isostnu l-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed identiku għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-143/13, Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy