27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/27
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2013 — Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/13)
2013/C 123/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co., Ltd (Yixing, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. MacLean, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-3 ta’ Jannar 2013, li tindika li t-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem, “MET”) ma hijiex ser tkompli tiġi eżaminata;
—
tikkundanna lill-konvenuta u kwalunkwe intervenjent għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
Bl-ewwel motiv tagħha, hija ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kisret u ma rrispettatx id-dritt tar-rikorrenti għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħha kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u b’hekk, ċaħdet illegalment u mingħajr ġustifikazzjoni valida t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tikseb l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, fil-kuntest ta’ investigazzjoni antidumping.
(2)
Bit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, meta ċaħdet illegalment u mingħajr ġustifikazzjoni valida t-talba tar-rikorrenti għal MET u b’hekk ċaħdet mingħajr ġustifikazzjoni valida t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tikseb l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, fil-kuntest ta’ investigazzjoni antidumping.
Full & Egal Universal Law Academy