1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/45
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2013 — Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-166/13)
2013/C 156/84
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tadotta miżura tal-organizzazzjoni tal-proċedura taħt l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, intiża li tikseb mill-Kummissjoni li hija tiżvela “id-dokumenti kollha fir-rigward tal-adozzjoni” tar-regola kkontestata;
—
tannulla d-Deċiżjoni Nru 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni Nru 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni Nru 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, skont liema ġiet istitwita għad-dannu ta’ Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI sensiela ta’ miżuri restrittivi li jikkonsistu fl-iffriżar tal-fondi, assi u riżorsi ekonomiċi oħra kollha tiegħu;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma totali ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni differenti li huwa sofra;
—
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 10 500 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors, minbarra l-ispejjeż li jistgħu jinġabru bħala spejjeż tad-difiża, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura;
—
tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 226, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy