20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/36
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2013 — EPAW vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/13)
2013/C 207/59
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Platform Against Windfarms (EPAW) (Kingscourt, ir-Repubblika tal-Irlanda) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-Enerġija Rinnovabbli: attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-enerġija” COM(2012) 271;
—
tannulla r-risposta tal-Kummissjoni Ewropea għal talba għal eżami intern mill-ġdid tal-EPAW Nru AG/ss ener.c.l(2012)1664829 permezz tad-DĠ Enerġija tal-21 ta’ Jannar 2013
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)271 hija illegali.
—
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)271 naqset milli tipprovdi parteċipazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija tal-Enerġija Rinnovabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)271 hija illegali.
—
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)271 naqset milli tikkonforma mar-Regolament Aarhus (Regolament UE 1367/2006).
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ittra tal-Kummissjoni Nru AG/ss ener.c.l(2012)1664829 hija illegali.
—
l-ittra tal-Kummissjoni tiddikjara illegalment li att amministrattiv sabiex ikun revedibbli permezz ta’ talba għal eżami intern mill-ġdid skont ir-Regolament tal-UE 1367/2006 għandu jkun att b’ambitu individwali adottat minn istituzzjoni tal-UE li jkolli effetti li huma legalment vinkolanti.
Full & Egal Universal Law Academy