25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/27
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 — Benelli Q.J. vs UASI — Demharter (MOTOBI)
(Kawża T-170/13)
2013/C 147/49
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Benelli Q.J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentant: P. Lukácsi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tbiddel id-deċiżjoni tal-konvenut u tordna li tiġi miċħuda t-talba għal revoka mressqa mill-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI sabiex huwa jeżamina l-każ mill-ġdid u jiddeċiedi mill-ġdid, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa inevitabbli li titwettaq analiżi bir-reqqa oħra tal-prova tal-użu ġenwin;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “MOTOBI” għal prodotti fil-klassi 12 — reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 835 264
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy