25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/28
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2013 — Omega vs UASI — Omega Engineering (Ω OMEGA)
(Kawża T-175/13)
2013/C 147/51
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Omega SA (Biel/Bienne, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Omega Engineering, Inc. (Stamford, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każijiet magħquda R 2055/2011-1 u R 2186/2011-1 u li tingħata l-protezzjoni bħala trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI u lil Omega Engineering, Inc. għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja lill-Unjoni Ewropea, tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Ω OMEGA” għal prodotti tal-klassi 9 — reġistrazzjoni internazzjonali Nru 997 036 li tindika lill-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Omega Engineering, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarji “OMEGA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 16, 35, 38, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u protezzjoni mitluba miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti miċħud u protezzjoni mitluba iktar estensivament miċħuda parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy