1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/46
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — DTL Corporación vs UASI — Vallejo Rosell (Generia)
(Kawża T-176/13)
2013/C 156/85
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mar Vallejo Rosell (Pinto, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tanulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-24 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 661/2012-4, li tiċħad l-appell imressaq kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja Nruo8 830 821“Generia” għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 9, 37, 40, 41 u 42 u għal parti mis-servizzi fil-klassi 35;
—
skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-UASI, kif ukoll lil dawk il-partijiet li jopponu dan l-appell, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Generia” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 35, 37, 40, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 830 821
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mar Vallejo Rosell
Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva bil-kuluri griż u abjad b’elementi verbali “Generalia generación renovable” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 35 u 40
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), tal-Artikolu 63(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy