1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/49
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2013 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Healing Herbs (NOTFALL)
(Kawża T-188/13)
2013/C 156/90
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Healing Herbs Ltd (Walkerstone, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 132/2012-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “NOTFALL” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 30 — Trade mark Komunitarja Nru 9 089 681
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Healing Herbs Ltd
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy