1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/49
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Gemeente Leidschendam-Voorburg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/13)
2013/C 156/91
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Gemeente Leidschendam-Voorburg (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. de Groot u J. J. M. Sluijs, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi — Allegat bejgħ ta’ art taħt il-prezz tas-suq mill-muniċipalità ta’ Leidschendam-Voorburg.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali u/jew tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
—
Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ħalliet jgħaddi perijodu ta’ żmien twil li ma huwiex raġonevoli qabel ma bdiet il-proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE, u b’konsegwenza ta’ dan il-partijiet kellhom raġun jippreżumu li l-ftehim inkwistjoni ma kienx inkompatibbli mal-Artikolu 107(1) TFUE.
—
Fit-tieni lok, kien hemm żbalji u ommissjonijiet fl-evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni.
—
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni żbaljat meta stabbiliet il-fatti f’dak li jirrigwarda l-finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat.
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq allegata applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFEU.
—
Fl-ewwel lok, il-muniċipalità aġixxiet kif impriża privata kienet taġixxi fl-istess ċirkustanzi.
—
Fit-tieni lok, Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV flimkien ma’ Bouwfonds Ontwikkeling BV ma kisbu l-ebda vantaġġ li ma kinux jiksbu f’kull każ fis-suq fil-kors normali tal-kummerċ.
(3)
It-tielet motiv, dwar l-Artikolu 107(3) TFUE. Jekk jinstab li l-munċipalità tat għajnuna, din għandha titqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 107(3) TFEU.
Full & Egal Universal Law Academy