25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/29
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-191/13)
2013/C 147/53
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 — Amministraturi (AD 6), fis-settur tal-bini, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-148/13, ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy