1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/51
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — DTM Ricambi vs UASI– Star (STAR)
(Kawża T-199/13)
2013/C 156/94
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: DTM Ricambi Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: V. Catelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Star SpA (Lodi, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 124/2012-1 u tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “STAR”, li għaliha saret applikazzjoni bin-Nru 5878038, fil-klassijiet 7, 9 u 12;
—
tikkundanna lil Star għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, fir-rigward tal-proċedimenti li saru quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell tal-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “STAR” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 12
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Star
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja bl-element verbali “STAR” għal prodotti fil-klassi 39, trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali bl-elementi verbali “STAR LODI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 38, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni
—
«Dilution» tat-trade mark preċedenti
Full & Egal Universal Law Academy