29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/25
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Saf-Holland vs UASI (INTEGRAL)
(Kawża T-217/13)
2013/C 189/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saf-Holland GmbH (Bessenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2087/2011-1;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2011 tiġi b’hekk annullata;
—
sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata, u tordna li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni titkompla;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali INTEGRAL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 35 u 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 508 466
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy