22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/15
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — HTC Sweden vs UASI — Vermop Salmon (TWISTER)
(Kawża T-230/13)
2013/C 178/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HTC Sweden AB (Söderköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawżi magħquda R 1873/2011-1 u R 1881/2011-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “TWISTER” għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 21 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 617 932
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata parzjalment invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy