20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/39
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 — Naazneen Investments vs UASI — Energy Brands (SMART WATER)
(Kawża T-250/13)
2013/C 207/66
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Naazneen Investments Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 1101/2011-2;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “SMART WATER”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 781 153
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy