27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/14
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2013 — Brainlab vs UASI (Curve)
(Kawża T-266/13)
2013/C 215/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brainlab AG (Feldkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2073/2012-4 u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Settembru 2012, fil-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni 008608473;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Curve” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10, 35, 38, 41, 42, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 608 473
Deċiżjoni tal-eżaminatur:applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy