27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/16
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2013 — Junited Autoglas Deutschland vs UASI — Belron Hungary (United Autoglas)
(Kawża T-297/13)
2013/C 215/22
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Belron Hungary Kft — Zug Branch (Zug, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-intervenjenti għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “United Autoglas”;
—
tikkundanna lill-UASI jħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-intervenjenti tħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “United Autoglas” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 12 u 37 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 025 498
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet fir-Renju Unit u l-Polonja, tat-trade marks figurattivi li fihom l-element verbali “AUTOGLASS” u trade marks verbali “AUTOGLASS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 21 u 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy