3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/22
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2013 — Silicium España Laboratorios vs UASI — LLR-G5 (LLRG5)
(Kawża T-306/13)
(2013/C 226/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Silicium España Laboratorios, SL (Vila-Seca, Spanja) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 383/2012-1), sa fejn tiddikjara t-trade mark Komunitarja Nru 3384625, “LLRG5”, bħala invalida peress li ġiet applikata in mala fide;
—
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ 4174 C;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż ta’ Silicium sostnuti b’konnessjoni ma’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “LLRG5” — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 384 625
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u t-trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy