3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/23
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA)
(Kawża T-309/13)
(2013/C 226/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A. Malamis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gaba International Holding AG (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tas-26 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 1539/2012-4;
—
tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra (opponenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u appellanti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI) ibatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu dawk tal-applikant tat-trade mark Komunitarja (rikorrenti li titlob l-annullament).
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELMA” għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali 900 845 li tirreferi għall-Komunità Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali “ELMEX” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy