7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/43
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/13)
2013/C 260/78
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte Vey, A. Renvert u J. T. Saatkamp, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ April 2013 fil-Każ “Kołocz śląski/Kołacz śląski” — Schlesischer Streuselkuchen (Ref. Ares [2013] 619104 — 10. April 2013).
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq bażi legali żbaljata
—
Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta bbażat id-deċiżjoni tagħha dwar it-talba tar-rikorrenti għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni ta’ “Kołocz śląski/Kołacz śląski” bħala indikazzjoni ġeografika protetta fuq ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), fis-seħħ fil-mument tad-deċiżjoni tal-konvenuta, minflok ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 (2), fis-seħħ fil-mument tat-talba tar-rikorrenti. B’dan il-mod, il-konvenuta kisret il-prinċipju “tempus regit actum”.
—
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-talba għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni hija ammissibbli u fondata skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006. F’dan ir-rigward, hija tosserva b’mod partikolari li hemm żewġ raġunijiet għal kanċellament tar-reġistrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (l-indikazzjoni inkwistjoni hija indikazzjoni ġenerika fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006; id-delimitazzjoni ġeografika tat-territorju tas-Silesja fl-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni hija żbaljata) u li interpretazzjoni u applikazzjoni differenti ta’ din id-dispożizzjoni jiksru d-drittijiet fundamentali tal-impriżi tal-furnara fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1151/2012
—
Ir-rikorrenti ssostni li t-talba hija ammissibbli u fondata, anki jekk din hija evalwata fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(1) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 335M, p. 213).
Full & Egal Universal Law Academy