7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/44
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — easyJet Airline vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/13)
2013/C 260/79
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. J. Werner u R. Marian, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2727 finali tat-3 ta’ Mejju 2013 fil-Każ COMP/39.869 — easyJet/Schiphol hija nulla; u
—
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi (interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1)) flimkien ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni (konklużjoni żbaljata li l-proċeduri nazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi kienu ekwivalenti għal dawk ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li kkunsidrat il-każ).
(2)
It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżit proċedurali essenzjali, jiġifieri tonqos milli tagħti raġunijiet xierqa għaċ-caħda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li r-rikorrenti ressqet għall-attenzjoni tagħha.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Full & Egal Universal Law Academy