21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/18
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2013 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC intimate)
(Kawża T-363/13)
2013/C 274/30
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clinique Laboratories LLC (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 606/2012-5) sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Cleanic intimate” għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3 u 16 u għal x’uħud mill-prodotti fil-klassi 5;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata permezz tar-reġistrazzjoni tas-sinjal għall-prodotti u s-servizzi kollha indikati;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Harper Hygienics
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CLEANIC intimate” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 009217531.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Clinique Laboratories LLC
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji Nru 54 429, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 25 u 42, u Nru 2 294 429, għal prodotti fil-klassijiet 35 u 42.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-Bord tal-Appell qies li t-trade marks kienu simili u li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fi ħdan il-konsumaturi u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi regolament.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, tal-24 ta’ Marzu 2009, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy