21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/19
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Moonlight vs UASI — Lampenwelt (Moon)
(Kawża T-374/13)
2013/C 274/32
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Moonlight GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 676/2012-4, u tordna lill-UASI jiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6 084 081;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Moon” għal prodotti fil-klassi 11 — trade mark Komunitarja Nru 6 084 081
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Lampenwelt GmbH & Co. KG
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-raġunijiet assoluti ta’ invalidità msemmija fl-Artikolu 51(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy