21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/20
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (DAISY)
(Kawża T-381/13)
2013/C 274/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-10 ta’ April 2013, fil-Każ R 427/2012-1, sa fejn hija tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “DAISY” għall-prodotti segwenti: ħelu, pasti, ħlewwiet, ħelu artab, ħelu li togħmod, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lollipops, toffee, pastilji, zokkor, ċikkulata, kakaw;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “DAISY” għal prodotti fil-klassi 30 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 267 037
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma għandhiex karattru deskrittiv;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” ma tiddeskrivix karatteristika essenzjali tal-prodott;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-kelma “DAISY” għandha karattru distintiv għal prodotti tal-ħelu.
Full & Egal Universal Law Academy