21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/20
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2013 — Perfetti Van Melle vs UASI (MARGARITAS)
(Kawża T-382/13)
2013/C 274/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Perfetti Van Melle SpA (Lainate, l-Italja) (rappreżentant: P. Testa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 430/2012-1, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “MARGARITAS” għall-prodotti li ġejjin: ħelu, pasti, penit, ġuġù, ħelu tal-gomma, karamella, chewing-gum, ġelatina (ħelu), likwirizja, lolipops, tofì, mustardini, zokkor, ċikkulata, kawkaw;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “MARGARITAS” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 261 105
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-kelma “MARGARITA” ma għandhiex karattru deskrittiv;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress illi l-kelma “DAISY” ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika essenzjali tal-prodott;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress illi l-frażi “MARGARITA” għandha karattru distintiv b’referenza għal prodotti tal-ħelu
Full & Egal Universal Law Academy