7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/50
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 — Intermark vs UASI — Coca-Cola (RIENERGY Cola)
(Kawża T-384/13)
2013/C 260/90
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ r-rikors, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut, tordna ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni u tordna r-reġistrazzjoni tas-sinjal tar-rikorrenti fl-intier tiegħu, bħala trade mark;
—
fil-każ li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa inevitabbli li ssir analiżi ddettaljata oħra tal-fatti u l-provi tal-każ, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut u tibgħat lura l-każ lill-UASI għal eżami ulterjuri u deċiżjoni ġdida;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Cola” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 507 963
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet tat-trade mark Komunitarja Nru 8 792 475, Nru 2 107118 u Nru 8 709 818 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 32, 33 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy