21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/21
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2013 — Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI — Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)
(Kawża T-387/13)
2013/C 274/35
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadine Helene Jeanne Hautrive (Chatou, Franza)
Talbiet
—
temenda d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 757/2012-5, billi tqis li huma ssodisfatti f’dan il-każ ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tar-raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
inkella, fin-nuqqas, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
u fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Nadine Helene Jeanne Hautriv
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “COLOMBIANO HOUSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 225 798
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: indikazzjoni ġeografika protetta li tinkludi l-elementi verbali “Café de Colombia”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 510/2006;
—
ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 510/2006;
—
ksur ta’ rekwiżit proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy