28.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 284/4
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 — KO-Invest vs UASI — Kraft Foods Schweiz (Milkoshake For Active People)
(Kawża T-399/13)
2013/C 284/05
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: KO-Invest Sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, radca prawny)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Schweiz Holding GmbH (Zug, l-Isvizzera)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2013 (Każ R 720/2012-4) sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ “Milkoshake For Active People” bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32;
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tirreġistra t-trade mark għall-prodotti kollha msemmija fl-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bl-element verbali “Milkoshake For Active People”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Komunitarji Nri 31 369 u 31 344, ir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 163 135 u t-trade mark magħrufa sew “MILKA” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy