12.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/9
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)
(Kawża T-400/13)
2013/C 298/16
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 1643/2012-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “AINHOA” — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 720 811
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-rikorrenti li talbet il-kanċellazzjoni bbażat ruħha fuq l-Artikolu 8(1)(b) u (5) flimkien mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u/jew tal-Artikolu 8(5), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy