23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/56
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2013 — Al Assad vs Il-Kunsill
(Kawża T-407/13)
2013/C 344/101
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, Is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla:
—
id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn din tirrigwarda lil Bouchra (imsejħa Bushra) Al Assad;
—
ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, rettifikat fid-9 ta’ Mejju 2013 sa fejn dan jirrigwarda lil Bouchra (imsejħa Bushra) Al Assad;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames, is-sitt u s-seba’ motiv invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 282, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy