19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/20
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2013 — Tsujimoto vs UASI (KENZO ESTATE)
(Kawża T-414/13)
2013/C 304/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 333/2012-2
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Kenzo Tsujimoto
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali KENZO ESTATE għal prodotti fil-klassi 33 — applikazzjoni għat-trade mark internazzjonali Nru 953373
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kenzo, SA
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali Nru 720 706, KENZO, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u annullament tad-deċiżjoni appellata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy