19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/21
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)
(Kawża T-426/13)
2013/C 304/36
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1642/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “AINHOA” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 35 u 39 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 720 811
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja fir-rigward tas-servizzi fil-Klassijiet 35 u 39 u ċaħda tat-talba għal revoka fir-rigward ta’ “prodotti kożmetiċi” fil-Klassi 3
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1)
(1) ĠU L 78, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy