9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/38
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awissu 2013 mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Ġunju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 21/12, Achab vs KESE
(Kawża T-430/13 P)
2013/C 325/63
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène, aġent, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Appellat: Mohammed Achab (Brussell, il-Belġju)
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-21/12, safejn din tannulla d-deċiżjoni tal-KESE tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar l-irkupru tal-allowance tal-espatrijazzjoni mħallsa lil M. Achab mill-1 ta’ Lulju 2010 u tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż tiegħu u għal nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fl-ewwel istanza;
—
tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellant, jiġifieri tiċħad ir-rikors bħala infondat fl-intier tiegħu;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u ta’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames aggravji.
(1)
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-kundizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ammont li ma kinex dovut ma kinux sodisfatti.
(2)
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu s-sentenza mogħtija tikkontribwixxi għall-arrikkiment indebitu tar-rikorrent fl-ewwel istanza.
(3)
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra b’mod żbaljat li l-KESE qatt ma ikkomunika mal-persunal tiegħu sabiex jiġbed l-attenzjoni tagħhom fuq il-konsegwenzi ta’ naturalizzazzjoni.
(4)
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu t-Tribunal kiser il-prinċipju li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu applikati b’mod strett u l-prinċipju skont liema d-dispożizzjonijiet ta’ eċċezzjoni għandhom jiġu interpretati b’mod limitat u ristrett.
(5)
Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tat-tqassim tal-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy