9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/39
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-442/13)
2013/C 325/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Hafez Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċizjoni 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2011, C 282, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy