19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/25
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Retegal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/13)
2013/C 304/44
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li fil-każ tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia l-miżuri implementati ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat illegali;
—
sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ddikjarat li RETEGAL ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn għajnuna mill-Istat illegali; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-463/13, Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy