19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/26
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/13)
2013/C 304/45
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Cataluña, Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (Cataluña, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara l-motivi għal annullament invokati insostenn ta’ dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondati;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;
—
tannulla, għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-istess motivi bħal dawk invokati fl-imsemmija kawża.
Full & Egal Universal Law Academy