16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/26
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament
(Kawża T-479/13)
2013/C 336/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Charles Marchiani (Toulon, Franza) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013;
—
tannulla n-nota ta’ debitu tal-5 ta’ Lulju 2013;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jiġu rkuprati s-somom irċevuti mir-rikorrent bejn l-2001 u l-2004 bħala allowances ta’ assistenza parlamentari.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
(1)
L-ewwel motiv, ibbażat fuq irregolarità fil-proċedura, peress li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2013 tmur kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 li timplementa l-istatut tad-deputati fil-Parlament Ewropew, kif ukoll kontra l-prinċipju tal-kontradittorju u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża.
(2)
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament (ir-Regolament IAM).
(3)
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-provi fil-fajl.
(4)
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2013.
(5)
Il-ħames u s-sitt motivi, ibbażati fuq il-preskrizzjoni tas-somom li huma s-suġġett tal-irkupru.
Full & Egal Universal Law Academy