23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/59
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2013 — Oikonomopoulos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-483/13)
2013/C 344/108
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Athanassios Oikonomopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u I. Zarzoura, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tagħtih kumpens għad-danni;
—
tiddikjara li serje ta’ azzjonijiet u miżuri tal-OLAF ma humiex legalment eżistenti u jikkostitwixxu provi inammissibbli.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-OLAF, peress li ma kienx intitolat jinvestiga r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u terzi u aġixxa ultra vires fl-investigazzjoni inkwistjoni bi ksur ta’ diversi artikoli tal-qafas legali kkonċernat bħar-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96 (1) u r-Regolament Nru 1073/1999 (2).
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 45/2001 (3) dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data, ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1073/1999, ksur tal-obbligu ta’ kunfidenzalità, ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-OLAF u diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni aġixxew b’mod illegali meta pproċessaw data personali tar-rikorrent u ttrażmettew din id-data fi ħdan il-Kummissjoni stess u lil terzi.
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li r-rikorrent għandu biss informazzjoni limitata fuq il-fatti li jikkonċernawh fil-kuntest tal-investigazzjoni inkwistjoni u, konsegwentement, ma ngħatax l-opportunità li jiddefendi lilu nnifsu minn kwalunkwe eventwali akkuża.
(1) Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96, tal-11 ta’ Novembru 1996, dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 303)
(2) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91)
(3) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102)
Full & Egal Universal Law Academy