30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/16
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2013 — GEA Group vs UASI (engineering for a better world)
(Kawża T-488/13)
2013/C 352/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 935/2012-4;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “engineering for a better world” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 37, 39, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 244 416
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy