9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/48
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — Schmidt Spiele vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)
(Kawża T-492/13)
2013/C 325/77
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1767/2012-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;
—
tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 592 103
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy