16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/28
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-510/13)
2013/C 336/60
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, 262/13, 263/13, 264/13, 265/13, 266/13, sabiex jitfasslu listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża, Slovena, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2013 Nru C 199 A;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-275/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy