14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/31
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 minn AN mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-111/10, AN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-512/13 P)
2013/C 367/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: AN (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot u R. Murru, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013, AN vs Il-Kummissjoni Ewropea (F-111/10);
—
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż kollha tal-ewwel istanza u tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
(1)
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta t-TSP eżamina l-motiv imqajjem fl-ewwel istanza dwar l-irregolarità tal-investigazzjoni diretta kontra l-appellanti, peress li l-motivazzjoni mogħtija mit-TSP fil-punti 95 u 96 tas-sentenza appellata kienet żbaljata jew tal-inqas insuffiċjenti u lakunari.
(2)
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żnaturament mit-TSP tal-fatti u tal-provi kemm meta t-TSP kkonkluda li l-appellanti kienet ibbenefikat mill-protezzjoni prevista fl-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea kif ukoll meta t-TSP kkonkluda li l-appellanti ma pprovdietx l-iċken indizju li l-investigazzjoni amministrattiva diretta kontriha kienet infetħet bħala ritaljazzjoni (dwar il-punti 87, 88 u 94 tas-sentenza appellata).
Full & Egal Universal Law Academy