16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/28
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)
(Kawża T-513/13)
2013/C 336/61
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: B. Braun Melsungen AG (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013, fis-sens li tiġi annullata d-deċiżjoni ta’ ċaħda preċedenti mogħtija mill-UASI fil-25 ta’ Jannar 2012;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013, fis-sens li titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk esposti matul il-proċedura tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SafeSet” għall-prodotti fil-klassi 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 549 368
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) kif ukoll tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy