11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/24
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Panrico vs UASI — HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)
(Kawża T-534/13)
2014/C 9/40
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Panrico, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HDN Development Corp. (Frankfort, l-Istati Uniti)
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ R 623/2011-4, tal-25 ta’ Lulju 2013, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fid-29 ta’ Lulju 2013; u
—
tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 1 298 785“KRISPY KREME DOUGHNUTS”.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “Krispy Kreme DOUGHNUTS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30 u 42 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 1 298 785
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: HDN Development Corp.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament
Full & Egal Universal Law Academy