25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/23
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 — FSA vs UASI — Motokit Veículos e Acessórios (FSA K-FORCE)
(Kawża T-558/13)
2014/C 24/40
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FSA Srl (Busnago, l-Italja) (rappreżentanti: M. Locatelli u M. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Motokit Veículos e Acessórios, SA (Vagos, il-Portugall)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 436/2012-2;
—
tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FSA K-FORCE;
—
tordna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali FSA K-FORCE — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 191 909
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: motivi previsti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b), meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a), tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75, meħuda flimkien, tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy